Il-GWU esprimiet sodisfazzjon għall-proposti li saru minnha li ġew milqugħa. Qalet li tinsab sodisfatt li hemm impenn tal-Gvern kontra l-prekarjat, miżuri favur ħaddiema nisa u persuni b’diżabbilta’.
Il-GWU din id-darba ddefendiet il-mekkaniżmu tal-COLA u sostniet li ġew introdotti miżuri li jgħinu persuni vulnerabbli. Irriferiet għal miżuri li tqis li mhux se jitfgħu pressjoni fuq setturi oħra.
Kummenti oħra favorevoli kienu dwar miżuri biex jinċentivaw lil min irid jaħdem kif ukoll biex negozji jkunu aktar konxji mill-ambjent.
//= $special ?>