Lokali

RITRATT: Dehra mhux tas-soltu fuq Malta

Għalkemm kien hemm min seta’ wera tħassib b’din ix-xena mhux tas-soltu, dan ir-ritratt juri biss titjira ta’ rutina – żewġ Typhoons Ingliżi li qed jittajru ma’ ajruplan KC2 Voyager tar-Royal Air Force. Dan tal-aħħar, għalkemm jidher qisu ajruplan tal-passiġġieri, huwa tanker li jġorr fuel.

L-ajruplani li jidher fir-ritratt waqfu Malta għal matul il-lejl u kien ġejjin mill-Emirati Għarab Magħquda. Ġeneralment, dawn it-titjiriet ikunu skedati u meqjusa għal kollox normali.

Jidher li fi tmiem il-ġimgħa ġew Malta tliet ajruplani oħra ta’ dan it-tip.