Lokali

Ritratt: “It-Tallab tal-Gżira”

Min fl-aħħar jiem għadda mix-Xatt tal-Gżira, seta’ jinnota lil dan ir-raġel bilqegħda mal-art jittallab għall-flus. Ta’ kull filgħodu, ir-raġel jidher bilqegħda mal-art b’tazza f’idejh.

Il-persuna li għamlet kuntatt ma’ MaltaRightNow.com, u li bagħtitilna dan ir-ritratt, qalet li r-raġel, imlaqqam minn dawk li jgħaddu minn hemm bħala “it-Tallab tal-Gżira”, joqgħod waħdu għall-kwiet jistenna l-għajnuna tal-proxxmu.

Il-persuna qalet li bagħtitilna r-ritratt bit-tama li l-awtoritajiet konċernati u għaqdiet oħrajn jgħinu lil dan ir-raġel u anke lil persuni oħrajn li jistgħu jkunu għaddejjin mill-istess problemi.