Filwaqt li hu pożittiv li mistenni jkun hemm tkabbir ekonomiku ta’ 3.5% u anke tnaqqis fit-taxxa tad-dħul, wieħed irid iżomm quddiem għajnejh li għal dan it-tnaqqis, il-Gvern irid ikollu dħul ieħor. Dan jiġi minn taxxi indiretti u l-UĦM hu mħassba dwar l-effett ta’ dawn it-taxxi fuq dawk bi dħul baxx.
Hu ta’ sodisfazzjon li fir-rigward tal-impjiegi, il-Gvern qed jerġa’ jimplimenta proposti li kienet għamlet il-UĦM permezz tal-Jobs+. Dawn għandhom iħajru aktar persuni jidħlu fid-dinja tax-xogħol produttiv.
Fir-rigward tal-pensjonijiet il-UĦM hi mħassba dwar il-proposta biex wieħed jinvesti 1,000 ewro għall-pensjoni. Hemm dubji serji kemm dawk bi dħul baxx jistgħu iwarrbu 1,000 ewro għall-pensjoni tagħhom.
Josef Vella fakkar li Malta għadha l-unika pajjiż fl-UE li għad ma għandhiex 2nd pillar pension u jidher li ma hemm ebda ħjiel biex din tkun introdotta. Tġassib ieħor espress mill-UĦM hu l-fatt li l-Gvern ma kkonsultax mat-taqsima tas-saħħa tal-union dwar il-proposta ta’ privatizzazzjoni taċ-ċentru tas-saħħa ta’ Bormla. Din l-aħbar qanqlet ħafna mistoqsijiet fosrt il-membri li l-UĦM ma kellhiex risposta għalihom.
Josef Vella awgura wkoll li l-miżuri mħabbra biex jiġġieldu l-prekarjat ma jibqgħux fuq il-karta iħda jkunu verament implimentati.
//= $special ?>