Francesco Totti jinsab ħerqan li jsegwi l-passi tal-eks kollegi internazzjonali tiegħu Filippo Inzaghi u Vincenzo Montella u jidħol fil-kowċing.
Il-captain ta’ Roma għamel karriera sħiħa mal-klabb tal-kapitali fejn lagħab 568 logħba u skorja 237 gowl sa minn meta ddebutta fl-1993. Huwa rebaħ Scudetto u darbtejn il-Coppa Italia.
Illum li għandu 38 sena, Totti żvela li għandu pjani li jibda karriera ta’ kowċ għalkemm hu ħerqan li għalissa jkompli jilgħab qabel possibilment jibda l-karriera fuq il-bank ta’ Roma.
“Se nibqa’ nilgħab almenu sa tliet snin oħra u mbagħad nittrenja lil Roma. Forsi nibda mit-tfal għalkemm forsi ma jkunx hemm bżonn. Wara kollox xi ħadd li jkun lagħab fuq il-livell tiegħi ma jdumx wisq biex jitgħallem,”
qal Totti lil Gazzetta dello Sport.
Totti jinsab ukoll konvint li Roma huma aktar b’saħħithom mill-istaġun li għadda meta kienu spiċċaw it-tieni fis-Serie A wara Juventus.
U l-captain sfida lil sħabu biex iżommu l-istess livell ta’ prestazzjonijit hekk kif qed jippruvaw jissuperaw fil-quċċata lit-tim ta’ Turin.
//= $special ?>“Il-mira tagħna hi li nirbħu t-titlu. It-tim hu aktar qawwi mis-sena l-oħra u Garcia jgħid li aħna aħjar minn Juventus. Issa sta għalina l-plejers li nippruvaw dan.”


