Erba’ persuni nqatlu b’daqqiet ta’ sikkina minn żgħaħagħ vjolenti fil-belt ta’ Mombasa fil-Kenja. L-attakki seħħew wara li l-pulizija assaltat żewġ moskej li allegatament kellhom rabtiet mal-militanti Iżlamiċi fis-Somalja.
Persuna nqatlet fir-rejds mill-pulizija u aktar minn 200 persuna ġew arrestati. Xhieda li raw il-vjolenza sseħħ qalu li żgħażagħ b’wiċċhom mgħotti u armati bi skieken kbar, imbagħad attakkaw lin-nies bl-addoċċ fiz-zona ta’ Kisauni, b’ħafna persuni ndarbu waqt li kienu qed jistennew il-karozza tal-linja.
Ħafna oħrajn indarbu fl-attakki, li saru bi tpattija għall-azzjoni li twettqet mill-pulizija.
//= $special ?>