Sidien li jikru l-propjetajiet tagħhom qed iwissu dwar żewġ Żvediżi li jgħixu f’pajjiżna u li allegatament qed jikru l-appartamenti, jgħixu fihom għal xi żmien u meta jkunu nqdew biżżejjed jitilqu mill-post inkiss inkiss mingħajr ma jħallsu l-kirja dovuta.
Agħar minn hekk, persuni li kitbu fuq Facebook qalu wkoll li mill-propjetajiet tagħhom insterqu wkoll settijiet tat-televiżjoni kif ukoll oġġetti oħra. Dan minbarra li ħallew il-post fi stat ħażin, maħmuġ u bi ħsarat diversi.
Nifhmu li dwar dan il-każ diġa’ saru rapporti lill-pulizija bis-sidien tal-appartamenti li għaddew ukoll kopji tal-passaporti taż-żewġ Żvediżi lill-pulizija biex ikunu jistgħu jinvestigaw.
//= $special ?>