Baġit 2015 Lokali

#bagit2015 : Kritika qawwija mill-MUMN

Il-Baġit ma ndirizza xejn dwar il-qasam tas-saħħa.

Kritika qawwija li saret lill-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru Edward Scicluna mill-Union tal-Infermiera, l-MUMN. Fi stqarrija, il-President tal-MUMN Paul Pace kritika dak li tħabbar dwar it-tobba li se jiġu introdotti fil-qasam primarju, il-problema ta’ nuqqas ta’ sodod fil-Mater Dei, is-servizz dwar infermieri fil-komunita’, u l-kwistjoni tal-Family Health Nurse.

Paul Pace sostna li dan il-Baġit jindirizza biss problemi short term.

“Dawn il-miżuri tal-Baġit huma kollha ħela ta’ ħin għaliex fi ftit żmien se nerġgħu nispiċċaw fl-istess problemi li għandna llum”, issostni l-MUMN.