Internazzjonali Kurżitajiet

Filmat: Misteru x’seta’ jdawwal lejl mudlam fir-Russja għal ftit sekondi

Dik li dehret qisha splużjoni dawlet is-sema fir-Russja mid-dlam tal-lejl. Il-filmat, miġbud fil-11 ta’ Novembru, inġibed minn dashboard camera abbord karozza f’highway ‘il barra mill-belt ta’ Yekaterinburg.

Xjentisti mhux qed jeskludu li dan kien fenomenu minn kometa, iżda xejn ma ġie kkonfermat s’issa. Rapporti qed jgħidu li minħabba li ma ġew irrappurtati l-ebda ħsarat, hu mifhum li l-ħaġa li xegħlet is-sema setgħet spludiet qabel ma messet l-art.