Il-feriti li ġarrab il-kantant famuż tal-U2, Bono, kienu ferm iktar serji milli maħsuba oriġinarjament.
Dan hekk kif il-mużiċista kellu ksur fl-għadam ta’ madwar għajnejn, u tliet ksur ieħor fi spalltu.
Wara li għadda minn ħames siegħat ta’ kirurġija f’ċentru mediku f’New York, it-tobba spjegaw li Bono jinsab f’kundizzjoni stabbli.
Irrakkuntaw ukoll kif parti mill-għadma tad-driegħ tal-lemin tal-kantant spiċċat ħarġet mill-ġilda, tant li nkissret f’sitt postijiet differenti.
L-inċident seħħ l-Ħadd waqt li l-kantant Irlandiż kien għaddej bir-rota tiegħu f’Central Park, f’New York.
Hu maħsub li jirkupra kompletament wara terapija intensiva, li mistennija tieħu fit-tul.
//= $special ?>