Internazzjonali Kurżitajiet

Hemsworth l-aktar raġel sexy fid-dinja

Chris Hemsworth, magħruf l-aktar għall-parti tal-protagonist fil-films dwar il-karattru tal-komiks ‘Thor’ kien elett bħala l-aktar raġel sexy fid-dinja.
Dan jirriżulta minn votazzjoni li għamlet ir-rivista Amerikana ‘People’
Hemsworth hu miżżewweġ lill-attriċi Spanjola Elsa Pataky u għandhom tlett itfal- Little India u t-tewmin Tristan Rose u Sasha. Is-sena d-dieħla hu se jidher f’ “The Avengers 2: Age of Ultron” u “Blackhat”.