Lokali Qorti

Aġġornata: Id-Direttur Maniġerjali ta’ Leisure Clothing se jitressaq il-Qorti llum

Aġġornament: Fi stqarrija, il-Pulizija kkonfermat li Bin Han se jitressaq quddiem il-Qorti fit-3pm.

Aktar kmieni …
MaltaRightNow.com jinsab infurmat li fil-ħinijiet li ġejjin, il-Pulizija mistennija tressaq quddiem il-Qorti lid-Direttur Maniġerjali tal-kumpanija Ċiniża Leisure Clothing Bin Han. Iċ-Ċiniż kien arrestat fid-29 ta’ Ottubru li għadda wara li stejjer żvelati mill-gazzetta Il-Mument u l-ġurnal In-Nazzjon urew li ħaddiema Asjatiċi allegatament qed jinġiebu Malta u jispiċċaw sfruttati fil-kumpanija Ċiniża.

Wara li kien arrestat, Bin Han inżamm mill-Pulizija biex jgħin fl-investigazzjonijiet dwar l-allegat abbuż li ilu għaddej għal bosta snin. Waħda mir-raġunijiet għaliex dan l-allegat abbuż qatt ma ħareġ fil-beraħ hi għax persuni f’pożizzjonijiet għolja allegatament inxtraw u minflok fittxew l-interess veru tal-ħaddiema Asjatiċi, ippreferew jagħlqu ħalqhom u joħorġu mill-fabbrika b’ilbiesi u ħwejjeġ fini, kif ukoll b’rigali oħrajn.