Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum l-Erbgħa, 19 ta’ Novembru.
IN-NAZZJON b’diversi aħbarijiet fejn jirrapporta kif il-Qorti twaqqaf lill-Gvern milli jkompli jinnegozja l-kuntratt tat-trasport pubbliku ma’ Autobuses de Leon, u jsemmi ukoll kif iċ-Chairman tal-Unit tal-Privatizzazjoni allegatament gideb taħt ġurament fil-kaz tal-għoti tal-liċenzja għal casino ġdid. L-istess ġurnal ikompli jsegwi l-każ ta’ Helena Dalli fejn jidher li l-farmhouse tar-raġel tagħha lanqas m’hi koperta mill-awtorizzazjoni tal-OHSA.
L-ORIZZONT ukoll jagħti prominenza għall-każ tat-trasport pubbliku u kif il-Gvern twaqqaf mill-Qorti.
THE MALTA INDEPENDENT tgħid li l-Prim Ministru jinsab fiduċjuż illi s-servizz il-ġdid tal-linja jibda jopera f’Jannar.
THE TIMES OF MALTA ukoll tirrapporta kif konsorzju Malti daħħal lill-Gvern il-Qorti minħabba din il-kwistjoni sensittiva tas-servizz il-ġdid tal-linja. Fil-faċċata, ritratt li juri l-attakk tal-bieraħ filgħodu fuq Sinagoga f’Ġerusalemm.
//= $special ?>