Internazzjonali

IL-LIBJA: L-ISIS trabbi eruq sodi

Il-militanti Iżlamiċi tal-ISIS qed isaħħu l-preżenza tagħhom fil-Libja.
Il-bażi ewlenija tagħhom hi f’Derna u issa jidher li l-ISIS kiseb preżenza tul il-kosta kollha tal-Libja minn Tripli fil-Punent sa Derna fil-Lvant u stabbilixxa bażijiet f’Bayda, Bengażi, Sirte, al-Khums u Tripli.

bażijiet tul il-kosta Libjana

Sorsi qalu li llum il-ġurnata Derna tixbah ħafna lil Raqqa fis-Sirja, fejn hemm il-kwartieri ġenerali tal-ISIS u hemm madwar 800 ġellied tal-ISIS f’Derna li ħolqu kampijiet ta’ taħriġ għal militanti.