Lokali

Chris Cardona jgħid li ndaħal biex iwaqqaf il-proċess

Il-Ministru Chris Cardona akkumpanjat mill-Prim Ministru Joseph Muscat

F’nofs il-kontroversja dwar l-għoti ta’ liċenzja ġdida għal casino ġdid, il-Ministru Chris Cardona jikser is-silenzju u jammetti li waqqaf il-proċess għaliex skont hu kien hemm konflitt ta’ interess minn membri tal-bord.

L-għoti ta’ din il-liċenzja tinsab quddiem il-qorti fejn Dragonara Gaming qed tikkontesta l-għoti tal-liċenzja mill-Gvern lill-Grupp Eden Leisure.

Dan is-sit intervista lill-ministru Chris Cardona u staqsieh dwar l-operat tiegħu u kemm hu jemmen li kien korrett.

Hu ddikjara li hu m’għandu l-ebda relazzjoni mal-Grupp Eden Leisure u li hu kien informa lill-Prim Ministru Joseph Muscat bil-mod kif hu kien waqqaf il-proċess.

Ippressat mill-ġurnalisti biex jagħti dettalji dwar il-konflitt ta’ interess u l-persuni involuti, il-Ministru Cardona għażel li ma jagħtix dettalji.