Lokali

“Inwieġeb wara l-Malta Eurovision” – iċ-chairman tal-PBS

Mistoqsijiet dwar in-nefqa fil-Junior Eurovision u dwar il-pajjiżi li xandru l-ispettaklu tas-Sibt li għadda, ma ġewx imwieġba min-naħa taċ-chairman tal-PBS Tonio Portughese.

MaltaRightNow.com xtaq ikun jaf X’kienet in-nefqa globali biex il-PBS organizza l-Junior Eurovision, kemm kienu nvoluti kuntratturi Maltin u barranin li tqabbdu biex jagħmlu x-xogħol, u liema stazzjonijiet xandru l-Junior Eurovision Song Contest li sar Malta.

Portughese weġibna permezz ta’ email u qalilna li bħalissa il-PBS jinsab impenjat estensivament qabel is-serati tal-kanzunetta għall-Ewropa u “għaddejjin ħafna tħejjijiet organizattivi u tekniċi biex ikollna spettaklu tal-ogħla livell u l-aqwa trasmissjonijiet nhar il-Ġimgħa u s-Sibt, kif ukoll provi tal-kantanti etc”.

Iċ-chairman tal-PBS qalilna illi malli tgħaddi din il-mewġa addizzjonali ta’ impenji, “inkunu f’qagħda aħjar aktar ‘il quddiem biex nagħtu tweġibiet rilevanti” dwar il-Junior Eurovision.