Raġel ta’ 42 sena minn Ħaż-Żabbar, ċaħad quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke li pprova jagħti n-nar lil kamra ta’ ħuħ li fiha jżomm l-għasafar. Huwa ċaħad ukoll li qatel l-għasafar ta’ ħuh meta wettaq dan ir-reat u li dan seħħ wara argument li kellhom l-aħwa bejniethom.,
Thomas Spagnol, qed iwieġeb mhux ħati li fil-lejl tal-10 ta’ Novembru li għadda, fil-kamra li kienu jaqsmu l-aħwa qabel ma kellhom xi jgħidu, huwa ipprova jagħmel ħsara fiha, liema ħsara seħħet fix-Xgħajra.
Huwa qed jiġi mixli wkoll bi krudelta’ fuq l-annimali, ħsara volontarja u li sar reċidiv. L-allegat vittma Sandro Spagnol qal li fis-7 ta’ Settembru, ħuħ kien heddu li kien se jaħraq il-kamra, liema kamra kien qed imur fiha wkoll iben, l-istess Sandro Spagnol.
Meta wieġeb diversi mistqosijiet tal-Avukat Michael Sciriha li qed jidher għall-akkużat, Sandro Spagnol qal li ma jafx għaliex ħuh għamillu dak li għamillu u li meta kellhom xi jgħidx, it-tnejn li huma kellhom kliem diżpreġġattiv lejn xulxin.
Madankollu huwa qal li kliem ħuh kien iebes wisq għax kien heddu wkoll b’ibnu u li kien heddu li se jagħti n-nar lil kamra. Qal li ma jemminx li xi ħaġa bħal din seta’ għamilha ħaddieħor, u huwa konvint li l-azzjoni kienet xogħol ħuh.
Thomas Spagnol qiegħed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih u ngħata l-liberta’proviżorja fuq garanzija personali tya’ €2,000 u bil-kundizzjoni li ma jersaqx lejn l-għalqa fejn hemm il-kamra u jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal darbtejn fil-ġimgħa. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Robert Said Sarreo.
//= $special ?>
