MaltaRightNow.com jinsab infurmat li fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl faqqa’ każ ta’ scabies.
Dalgħodu stess, il-Kap tal-Iskola Primarja Ms Dalmas sejħet laqgħa urġenti għal ftit ġenituri fejn infurmathom dwar dan.
Il-każi kienu jaffetwaw klassijiet ta’ Kinder 2, Year 4 u Year 6.
Infurmati li matul il-ġurnata l-Kap tal-Iskola tkellmet ukoll ma’ għadd akbar ta’ ġenituri, biex tgħidilhom li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll.
Jirriżulta li l-ġenituri tat-tfal minn naħa tagħhom huma rrabjati għaliex l-iskola mhux qed titnaddaf. Il-Kap tal-Iskola minn naħa tagħha ġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet edukattivi, iżda dan kien kollu għalxejn.
Intant, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo ddikjara fil-Parlament li l-awtoritajiet tas-Saħħa ħadu l-prekawzjonijiet u l-miżuri kollha neċessarji dwar allegat każ ta’ scabies fl-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar.
Mitlub mid-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea jagħti informazzjoni dwar dan il-każ, il-Ministru Bartolo qal li filwaqt li ttieħdu l-miżuri meħtieġa, qal li m’għandux ikun hemm allarmiżmu f’każi ta’ mard bħal dan.
Id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea qal li hu f’dan l-ispirtu wkoll li għamel din il-mistoqsija biex ma jkunx hemm allarm bla bżonn.
Ritratt: Mill-arkivji
//= $special ?>