Il-Power Station ta’ Delimara, dik li tant kienet kritikata mill-Partit Laburista meta dan kien fl-Oppożizzjoni llum hi kkunsidrata bħala mezz ewlieni kif permezz tagħha l-gvern iraħħas il-kontijiet tal-enerġija u saħansitra jaqla’ l-flus fuq perjodu ta’ żmien.
Kienu dawn il-kummenti tal-Ministru Konrad Mizzi meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti.
Fil-kummenti tiegħu l-Ministru Mizzi qal li l-prezzijiet tad-diesel u l-petrol huma inqas mill-medja Ewropea u qal li l-pajjiż mar tajjeb bil-hedging li għamel.
Sadattant statistika uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tqabbel il-prezzijiet tal-fjuwil fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea tistabilixxi li l-hedging tal-fjuwil li kien sar mill-Gvern Laburista qed ifisser li s-sewwieqa Maltin u Ghawdxin qed iħallsu l-għola fjuwil fl-Ewropa.
Mistoqsi dwar il-power station il-ġdida u l-pjani tal-Gvern il-Ministru Mizzi intrabat b’roadmap oħra. Dan ir-roadmap ġdid tal-Ministru Mizzi kien tappa oħra fid-dati differenti li l-gvern qed jagħti dwar il-bini tal-power station.
//= $special ?>