Waqt intervista li xxandret dalgħodu fuq l-istazzjon Channel 9, il-personalita’ popolari Kim Kardashian ikkonfermat li hi u Kanye West “qed jaħdmu għat-tieni tarbija”.
Kim tinsab fl-Awstralja biex tipromwovi l-fwieħa l-ġdida tagħha Fleur Fatale. Fl-intervista, hi qalet li tixtieq aktar tfal, u saħqet ukoll li tinsab kuntenta bil-figura tagħha wara l-ewwel tifla, North.
Il-figura ta’ Kim Kardashian ilha għal dawn l-aħħar ġranet f’nofs kontroversja minħabba ritratti ppubblikati f’magazine, li juru lil din iċ-ċelebrita’ għarwiena ħuta! “Jiena kburija nuri ġismi wara li kelli lit-tifla North”, qalet Kim fuq Channel 9.
Kim ħabbret ukoll li dalwaqt tippublika ktieb li se jkun fih ir-ritratti kollha tagħha minn mindu kienet ċkejkna.
//= $special ?>