Internazzjonali

Kundanna mill-PN għall-attakki f’Ġerusalemm

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija ikkundanna bil-qawwa kollha l-attakki li saru fl-aħħar siegħat f’sinagoga f’Ġerusalemm. F’dawn l-attakki, numru ta’ persuni ġew feruti u oħrajn tilfu ħajjithom waqt li kienu qed jitolbu.

Sfortunatament, qal il-PN, dan huwa każ gravissimu li jkompli ma’ diversi każi oħra li seħħew f’dawn l-aħħar jiem.

Il-Partit Nazzjonalista jinsisti li b’attakki bħal dawn mhux se tinstab il-paċi, iżda se jiżdiedu l-kumplikazzjonijiet għall-possibilità ta’ stabbilità.

Il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-paċi dejjiema tista’ tintlaħaq, u għalhekk se jibqa’ jagħti s-sehem politiku tiegħu biex dan iseħħ.