Internazzjonali Knisja Kurżitajiet

Lotterija għar-rigali tal-Papa

Il-Papa Franġisku se poġġi xi rigali li ngħata mill-kapijiet tal-istat u minn xi personalitajiet f’lotterija biex igħinu l-karita.

It-tlugħ se jsir fit-8 ta’ Jannar

Il-premijiet jinkludu Fiat Panda kif ukoll magni tal-kafè, kameras, arloġġi u anki żraben. Ħafna minn dawn l-affarijiet, avolja huma affarijiet li wieħed isib fil-ħwienet, ikunu ftit differenti peress li jkunu ngħataw lill-Papa mis-sidien tal-fabbriki li jipproduċuhom.
Kull biljett jiswa għaxar ewro u d-dħul se jmur għall-karità. It-tlugħ se jsir fit-8 ta’ Jannar. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-uffiċini tal-posta u l-mużew tal-Vatikan.
L-iskop hu li dan ikun parti minn sforz biex dawk ir-rigali li m’għandhom ebda użu għall-Papa, ma jinħlewx u jintużaw biex jgħinu lil dawk fi bżonn.