Meta dahru mal-ħajt jattakka l-fatti u jgħid li huma fażulli.
Dan hu dak li għamel il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, meta l-għada tal-baġit kien mistieden fuq il-programm Times Talk, flimkien mal-kelliem tal-Oppożizzjoni Tonio Fenech.
Il-Ministru Scicluna kien qed jirreferi għas-survey tal-Ufficcju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, l-Eurostat, dwar il-manifattura u l-bejgħ mill-ħwienet u ftaħar li peress li jgħallem l-istatistika fl-Universita’ ta’ Malta jifhem!
Skont il-Ministru tal-Finanzi, dan is-survey, mill-Eurostat, hu bbazat fuq erba’ fabbriki u ‘jigrossjawhom’ biex jirrapreżentaw kollha u mhux rappreżentattiv tas-settur ekonomiku
Il-Ministru tal-Finanzi ma messux jattakka istituzzjoni internazzjonali u indipendenti li tagħmel xogħol b’reqqa kbira. Dan qalu l-Partit Nazzjoalista permezz ta’ stqarrija li fiha jsemmi kif din m’hix l-ewwel darba li Edward Scicluna attakka istituzzjoni li tikkalkula l-istatistika. F’Ottubru tas-sena li għaddiet l-istess Edward Scicluna attakka l-uffiċċju tal-istatistika ieħor, dak ta’ Malta l-NSO.
//= $special ?>