Baqra mejta, nofs karozza Mini Miner u saqajn prostetiċi kienu fost l-affarijiet li nstabu fid-dranaġġ tar-Renju Unit.
L-operazzjoni ta’ tindif tad-dranaġġ swiet lil gvern Brittaniku iktar minn 70 miljun Lira Sterlina, bl-għan li ssewwi s-sistema tad-dranaġġ, li kienet instaddet f’iktar minn 300,000 parti.
U dak li nstab fid-dranaġġ kien ta’ sorpriża għal ħafna: ħuta pirana, saqqu, serp mejjet u subgħa maqtugħ kienu fost dawk li l-iktar qanqlu r-reazzjoni tal-pubbliku.
Biss, l-ikbar kawża tal-ħsarat fis-sistema tad-dranaġġ kien minħabba żjut u xaħmijiet li ntramew mis-sinks tal-kċejjen jew fabbriki industrijali. Tissues, wipes u nappies kienu wkoll fost dawk l-affarijiet li kkaġunaw il-ħsarat.
Wieħed jistaqsi meta se ssir operazzjoni simili f’Malta, u x’se nsibu dakinhar fid-dranaġġ tagħna…
//= $special ?>