Adrian Xuereb (ritratt), membru tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-aħħar jiem ħa inizjattiva filantropika biex jinġabru fondi għall-Fondazzjoni Puttinu Cares. Hu lesta qabel iż-żmien għal mixja ta’ 800km fl-attività li qed tissejjaħ “Camino 4 Puttino”. Beda l-mixja fi Spanja fid-9 ta’ Ottubru li għadda u wasal lura Malta l-Ħadd li għadda. Qabel beda l-avventura, Adrian kien jagħmel taħriġ ta’ aktar minn erba’ sigħat kuljum.
Fi Spanja, hu ltaqa’ ma diversi avventuri differenti, fosthom kelba li ddeċidiet li żżomlu kumpanija fl-ewwel jum, pellegrin li jismu John u li sfortunatament ma setax ikompli l-mixja minħabba raġunijiet ta’ saħħa u li iżda wegħdu li se jibgħat fondi għall-Puttinu, kif ukoll għamel ħbieb ma’ persuni minn pajjiżi differenti, fosthom minn Franza, l-Italja u l-Istati Uniti.
Mal-wasla tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Adrian appella lin-nies biex jgħinu lill-Puttinu Cares billi jibgħatu donazzjoni b’SMS lil 5061 7380 (€2.33), 5061 8939 (€6.99) jew 5061 9225 (€11.65), kif ukoll b’donazzjoni fil-kont tal-HSBC 089077341001 jew tal-BOV 40018122134.
(Filmat: Newsbook)
//= $special ?>