Il-pulizija fit-Tajlandja qed tfittex żewġ Amerikani wara li partijiet umani ta’ diversi trabi – probabbilment misruqa minn mużew mediku – instabu f’ħames pakketti li kienu fi triqithom lejn l-Istati Uniti.
Iż-żewġt irġiel, ta’ 31 sena u 33 sena, qassmu l-fruntiera fil-Kambodja wara s-sejba ta’ ras ta’ tarbija, sieq u biċċiet tal-ġilda f’maħżen tal-pekketti tad-DHL f’Bangkok.
Il-partijiet, li wħud minnhom tpoġġew f’pakketti mmarkati “kollezzjoni antika ta’ sett tal-ferrovija”, instabu f’kontenituri mimlijin b’soluzzjoni tal-formalina – li hi simili għal dawk użati biex ikunu ppriservati l-katavri – uħud imqatta’ biċċiet – fil-Mużew Mediku Siriraj ta’ Bangkok.
Il-pakketti kienu indirizzati f’Las Vegas fi Florida u dawn qajmu suspett mill-pulizija fit-Tajlandja li talbu lill-FBI għall-għajnuna sabiex tkun verifikata d-destinazzjoni tal-pakketti.
Id-deputat kap tal-pulizija Ruangsak Jritake qal li l-kaxxi inkludew sieq xellugija, kranju, wiċċ u qalb ta’ tarbija.
//= $special ?>