Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika informa lill-pubbliku, li wara analiżi li saret il-prodott ‘Monsters Snacks’ m’għandux jiġi kkonsmat minn persuni li għandhom allerġija għall-karawett. Dan minħabba li l-istess prodott instablu fih traċċi ta’ karawett li ma kienux iddikjarati fuq it-tiketta.
Il-Kumpanija nvoluta ġiet obbligata tirtira l-prodott mis-suq, iżda peress li probabilment il-prodott laħaq wasal għand il-konsumatur, bħal ma jsir f’dawn il-każijiet, d-Direttorat huwa obbligat li jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
//= $special ?>