Ritratti li waslu għand Maltarightnow fl-aħħar sigħat juru tniġġis qawwi kemm fil-Marina tal-Imsida/Ta’ Xbiex kif ukoll fil-Port il-Kbir.
Fl-ewwel ritratti, li juru l-Marina tal-Imsida/Ta’ Xbiex, il-baħar jidher abjad kawża tat-trab u materjal ta’ kostruzzjoni li qed jiġi ġġenerat mill-proġett ta’ kontra l-għarar kif ukoll ix-xogħol li għaddej max-Xatt tal-Imsida.
Ir-ritratt l-ieħor juri l-Port il-Kbir, fid-daħla tad-Dockyard, magħrufa bħala d-Dockyard Creek fejn jidher li ħareġ ammont ta’ fuel minn xi biċċa tal-baħar u niġġes iż-żona.
//= $special ?>