Lokali

Sandro Chetcuti ‘joħroġ għonqu’ għall-Ministru Helena Dalli

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA), immexxija minn Sandro Chetcuti, ħassew li kellhom joħorġu stqarrija biex jiddefendu x-xogħol illegali li qed isir mill-Ministru Helena Dalli fil-farmhouse tagħha fiż-Żejtun.

Fi stqarrija l-MDA “innotat il-kwistjoni li qamet dan l-aħħar fuq il-media”.

L-Assoċjazzjoni ta’ Sandro Chetcuti irrimarkat li hi prattika “normali” li żviluppatur jħalli xerrej jagħmel xogħlijiet addizjonali waqt konvenju – stqarrija li turi biċ-ċar li Chetcuti, persuna qrib ħafna tal-Partit Laburista, qed joħroġ għonqu biex jiddefendi dan il-każ li ħafna qed iqisuh skandaluż.