Kważi l-istati kollha fl-Istati Uniti rreġistraw temperaturi kesħin ħafna, saħansitra taħt iż-żero f’diversi bliet fin-Nofsinhar. U dan meta x-xitwa uffiċjalment għadha ma bdietx. F’numru ta’ stati niżlet ukoll il-borra.
FBuffalo fi New York, ġie dikjarat stat ta’ emerġenza wara li tempesta qalila, bi 17-il ċentimetru ta’ borra, ipparalizzat diversi sewwieqa fuq in-New York State Thruway. Kellu jkun l-intervent tal-pulizija biex is-sewwieqa jkunu jistgħu jipproċedu lejn id-destinazzjoni tagħhom.
Fi New Hampshire, seħħew diversi inċidenti minħabba s-silġ. Temperaturi baxxi anki ġew reġistrati f’Hawaii, b’żero gradi f’Mauna Kea, u b’sitt gradi Celcius taħt iż-żero fi Florida.
Il-bassara tat-temp avżaw li l-mewġa ta’ arja kiesħa se tkompli tippersisti fl-istati tal-Midwest u dawk fil-Grigal, filwaqt li fl-istati fin-Nofsinhar it-temperaturi mistennija jistabbilizzaw għal dawk normali fil-Ħarifa.
//= $special ?>