Qorti

Tkompli tinstema’ il-kawża kontra Patri Charles Fenech

Il-patri Dumnikan mir-Rabat li fl-aħħar ġimgħat kien fl-aħbarijiet b’rabta mal-allegat abbuż sesswali fuq mara ta’42 sena minn Ħaż-Żabbar, l-Erbgħa kien preżenti fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Franceso Depasquale f’ kawża’ ta’ malafama kriminali li kompliet tinstema’ kontrih. Dan il-każ qed jinstema’ bil-magħluq.

Il-kawża qed issir kontrih minn Edgar Bonnici Cachia fuq allegati kummenti li għamel fuq l-istess patri. Patri Charles Fenech, li kien involut fil-Moviment Kerygma u Radju Marija, kien fl-aħbarijiet wara allegazzjoni minn mara li wettaq atti sesswali fuqha,f’diversi postijiet f’Malta.

Huwa se jibda għaddej proċeduri dwar il-każ tal-abbuż sesswali quddiem il-Maġistrat Tonio Micallef Trigona,x-xahar id-dieħel, bil-kawża mistennija tinstema’ wkoll bil-magħluq. Huwa qed jiċħad l-akkużi kollha miġjubin kontrih.

Raġuni li damu ma jressqu lill-patri Dumnikan dwar l-allegat abbużi sesswali kienet li l-akkużat xeba’ jagħmel ċertifkati li jkun ma jiflaħx u mhux f’pożizzjoni li jitla’ l-Qorti. Huwa mistennija li jixhdu diversi nisa fuq dan il-każ fejn qed jissemmew li hemm waħda minnhom taħt l-eta’.

L-atti allegatament seħħew fil-Buskett, fil-Kunvent u anke Għawdex. L-Ispettur Louise Calleja investigat il-każ filwaqt li għal patri qed jidher l-Avukat Michael u Lucio Scirha, bl-Avukati Noel Bianchi u Silvio Brincat se jidhru għal vittma Żabbarija.