Lokali Parlament

Ix-xufier tal-linja li nqalagħlu l-isteering waqt is-sewqan hu ta’ kuntrattur privat

F’inċident ieħor li seħħ dan l-aħħar fis-servizz tat-trasport pubbliku u li bħalissa qiegħed jitmexxa mill-Gvern, xufier ta’ karozza tal-linja nqalagħlu l-isteering waqt li kien qed isuq ix-xarabank tal-linja.

Fil-Parlament, id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi, jikkonferma li, kuntrarjament għal dak li qal il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Public Transport Services Ltd, fil-każ ta’ dak ix-xufier involut, ma ngħatax iċ-ċans ta’ smiegħ xieraq u fl-ebda ħin la l-Malta Public Transport Services u lanqas Transport Malta ma bagħtu għalih biex jisimgħu l-verżjoni tiegħu tal-fatti.

Il-Ministru Mizzi qal biss fit-tweġiba li ta, li x-xufier involut f’dan l-inċident mhux impjegat tal-kumpanija tal-Gvern Malta Public Transport Service, iżda impjegat ta’ wieħed mill-kuntratturi mqabbdin mill-istess kumpanija sabiex tipprovdi servizz fuq rotot tat-trasport pubbliku.