Fl-aħħar ġimgħat, dik li hi magħrufa bħala il-GU Clinic fl-Isptar Mater Dei, ma baqgħetx taċċetta talbiet minn pazjenti li jridu jagħmlu testijiet marbuta ma’ mard trasmess sesswalment, bħall-HIV/Aids, Hepitatis u Gonorrhea. Dawk li ċemplu lill-GU Clinic sabu infermiera tispjegalhom li fil-preżent ma jistgħux jilqgħu talbiet għal appuntament biex isiru dawn it-testijiet minħabba li t-Tabib li kellhom irtira.
Ta’ min jgħid li minbarra li persuna sserraħ rasha li m’għandiex dan it-tip ta’ mard, dawn it-testijiet saru jintalbu wkoll biex persuni jkunu jistgħu japplikaw għal ċertu tip ta’ xogħlijiet. Dan in-nuqqas ta’ fil-GU Clinic qed iwassal biex pazjenti Maltin qed ikollhom jirrikorru biex jagħmlu dawn it-testijiet fi sptarijiet privati naturalment bi ħlas.
Ta’ min jgħid li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) kontinwament tagħmel enfasi kbira biex is-servizzi tas-saħħa nazzjonali joffru dan it-tip ta’ testijiet bl-aktar mod aċċessibbli ħalli jkun jista’ jiġi kkontrollat it-tixrid ta’ dawn it-tip ta’ mard.
Aktar informazzjoni dwar din l-istorja fil-ħarġa ta’ għada tal-ġurnal In-Nazzjon.
//= $special ?>