Ftit tal-minuti ilu l-Ministru tal-Intern Manwel Mallia ta ordni diretta lill-Aġent Kummissarju tal-Pulizija sabiex jagħtih l-informazzjoni kollha dwar każi ta’ sparaturi minn uffiċjali tal-Pulizija fl-aħħar 15-il sena.
MaltaRightNow.com jista’ jiżvela li ingħatat ordni mill-Ministru Mallia sabiex ikollu quddiemu l-informazzjoni dwar każi meta Pulizija sparaw l-arma. U l-ordni kienet biex tingħata l-informazzjoni tal-aħħar 15-il sena.
Din kienet ordni diretta minn Manwel Mallia lill-Aġent Kummissarju Ray Zammit.
Analistiċi politiċi qed jistaqsu, għaliex donnu li jrid isir cover up f’din l-istorja? U x’inhi r-raġuni wara dan kollu?
Lil min ċempel l-Iskoċċiż?
Sadatant, MaltaRightNow.com huwa infurmat li wara l-inċident, l-Iskoċċiż prova jagħmel kuntatt ma’ Manwel Mallia biex ikun hu l-avukat li jiddefendih f’dan il-każ. Jirriżulta li Steve Smith ma kienx jaf li llum Mallia huwa l-Ministru responsabbli tal-Pulizija. Jista’ jkun li l-Iskoċċiż ċempillu għaliex xi darba kien inqeda’ b’Mallia meta hu kien avukat.
Mhux magħruf x’kienet ir-reazzjoni tal-Ministru dwar dan.
Għada IN-NAZZJON se jkollu aktar dettalji dwar din l-istorja sensittiva.
//= $special ?>