Il-preżentatriċi popolari ta’ BBC Radio 1, Annie Mac, ħabbret li fl-2015 pajjiżna se jospita l-festival Lost & Found bejn it-3 u l-5 ta’ April.
Għal dan il-festival mistennija f’pajjiżna artisti rinomati u oħrajn ġodda fix-xena tal-mużika electro fosthom The Martinez Brothers, Jamie Jones, Kerri Chandler, Carl Craig, Eats Everything, Tiga, Cajmere, Dusky, Jackmaster, Julio Bashmore, Skream, Patrick Topping, Duke Dumont, Route 94 u MK.
Magħhom se jingħaqdu wkoll artisti regolari ta’ Radio 1 bħal Toddla T, Benji B u B.Traits.
//= $special ?>