Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, 20 ta’ Novembru.
L-aħbar ewlenija tinsab fil-ġurnal THE TIMES fejn fil-faċċata nsibu rapport dettaljat dwar l-isparatura mwettqa minn xufier ta’ Ministru tard ilbieraħ bil-lejl, f’żona residenzjali. Ir-rapport jgħid li x-xufier ta’ Manwel Mallia, il-kuntistabbli Paul Sheenan, spara b’kollox żewġ tiri wara li allegatament innota sewqan perikoluż minn karozza bil-pjanċi barranin.
IN-NAZZJON b’rapport dwar l-aħħar żviluppi relatati mal-liċenzja l-ġdida tal-casino, fejn il-Ministru Chris Cardona issa qed jammetti li intervjena direttament biex waqqaf il-proċess ta’ evalwazzjoni. Rapport ieħor jagħti d-dettalji ta’ storja li bdiet minn dan l-istess ġurnal, relatata mal-allegat sfruttament ta’ ħaddiema Ażjatiċi f’fabbrika Ċiniża, fejn issa id-Direttur Maniġerjali Bin Han tressaq il-Qorti u nżamm arrestat.
THE MALTA INDEPENDENT tgħid li 7,000 single mothers qed ikunu imħeġġa joħorġu jaħdmu.
L-ORIZZONT bi storja dwar “theddida minn ħanfusa oħra qerrieda”. Filwaqt illi l-istess ġurnal jgħidilna li l-GWU tinsab imħassba dwar is-sitwazzjoni fit-trasport pubbliku.
//= $special ?>