Il-Gvern warrab u mhux se jkompli bil-proġett ippjanat minn Gvern Nazzjonalista għal kumpless sportiv fil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar u Buġibba.
Id-deċiżjoni tal-Gvern li ma jkomplix b’dan il-proġett ippjanat mill-amministrazzjoni preċedenti, kienet ikkonfermata fil-Parlament mill-Ministru Evarist Bartolo meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar, li staqsa jekk hux se jinbena l-kumpless li kien ippjanat mill-amministrazzjoni preċedenti u jekk iva, jindika meta mistenni jibda u jitlesta x-xogħol fuq l-imsemmi proġett.
Ir-risposta tal-Ministru Bartolo kienet ċara, li l-Gvern m’għandux fil-pjani tiegħu l-bini tal-kumpless sportiv imsemmi.
//= $special ?>