Lokali

Ipoġġu number plates barranin fuq karozzi bla liċenzja

Għexieren ta’ karozzi qed jitħallew ipparkjati fit-toroq Maltin bla liċenzja jew inkella b’liċenzja skaduta. Imma minkejja li dan hu llegali, is-sidien ta’ dawn il-karozzi qed isibu mod kif iduru mal-liġi.

Filfatt ritratti li għaddewlna numru ta’ persuni jixhdu kif dawn is-sewwieqa qed ineħħu l-liċenzja skaduta minn fuq il-windscreen u jpoġġu number plates barranin mal-karozzi tagħhom. Dan minkejja li fil-verita’ l-karozzi jkunu ilhom Malta u ta’ sidien Maltin.

Persuni li tkellmu magħna qalulna li rrapurtaw lill-Pulizija dwar dawn il-kai differenti madankollu nfurmawhom li ma jistgħu jagħmlu xejn.

Karozza number plate

Number use