Jekk il-Prim Ministru Joseph Muscat irid jitwemmen li hu tassew irrabjat u ddiżgustat b’dak li seħħ l-Erbgħa bil-lejl, għandu jkollu l-kuraġġ li jieħu l-passi meħtieġa.
Fi stqarrija, b’reazzjoni għal dik maħruġa mill-Uffiċċju tal-PM, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil qal li l-uniku pass li jista’ jagħmel hu li jkeċċi lill-Ministru Manuel Mallia li nqabad jigdeb biex jagħmel cover-up u jgħatti l-inċident li seħħ.
Il-Kap tal-PN kompla li Joseph Muscat qiegħed jaħrab mir-responsabbilta’ tiegħu bħala PM u qed jibża’ jieħu passi kontra Manwel Mallia.
“Joseph Muscat huwa Prim Ministru dgħajjef quddiem l-abbuż tal-poter,” ittemm l-istqarrija tal-Kap tal-PN.
Iktar kmieni: Il-Prim Ministru Joseph Muscat baqa’ ma qal xejn dwar il-każ tal-bieraħ, li fih ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia spara fuq vettura privata wara inċident żgħir tat-traffiku.
Stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni turi kif Muscast baqa’ ma qal xejn lanqas dwar il-cover-up ta’ Manwel Mallia.
//= $special ?>