Il-Ministru tal-Intern Manwel Mallia ikkonferma l-gidba tal-Ministeru tiegħu – konfermati id-dettalji kollha pubblikati lbieraħ bil-lejl minn MaltaRightNow.com, u li kieku ma kienx għal dan is-sit ma kienitx toħroġ l-istorja kollha.
F’konferenza tal-aħbarijiet imsejħa malajr minn Manwel Mallia, il-Ministru tal-Pulizija qal li t-tiri laqtu l-karozza tal-Iskoċċiż, u b’hekk din kienet konfessjoni ċara mill-Ministru innifsu.
Huwa biss issa li l-Ministru qed juża dan id-diskors wara li l-media tagħna żvelat id-dettalji veri ta’ dan il-każ sensittiv. B’hekk, Manwel Mallia inqabad f’gidba, għaliex sal-bieraħ filgħaxija l-Ministeru kien għadu qed jgħid li x-xufier “spara fl-arja”.
//= $special ?>