Lokali

LIVE BLOG: “Il-Prim Ministru għandu jneħħi lil Manwel Mallia”

AĠĠORNAMENTI LIVE WAQT IL-KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET MID-DAR ĊENTRALI

13:54pm
“Il-Prim Ministru għandu jneħħi lil Manwel Mallia, inkella ikun qed juri li mhux kapaċi jikkontrollah”.

13:53pm
Il-pożizzjoni ta’ Manwel Mallia m’għadiex aktar tenibbli.

13:52pm
Il-PN jistenna li f’dan il-każ il-Kummissarju tal-Pulizija jagħmel xogħolu b’indipendenza.

13:51pm
L-Oppożizzjoni titlob li toħroġ il-verita’ kollha.

13:49pm
“In-nies issa bdew jixbgħu b’dan l-abbuż ta’ poter”.

13:44pm
Kien biss meta kien ċar li ħadd mhu jemmen lill-Ministru, li hu biddel il-verżjoni tiegħu.

13:43pm
“Kull min hu parti mill-Gvern iħoss li jista’ jagħmel li jrid, issa anke li jispara tiri fuq ħaddieħor”

13:42pm
L-Oppożizzjoni mħassba minħabba żewġ raġunijiet – xufier ta’ Ministru m’għandu qatt jispara tiri minħabba sempliċi ħabta bejn żewġ karozzi.

13:41pm
Tibda l-konferenza tal-aħbarijiet.

13:35pm
Dalwaqt tibda konferenza li matulha Simon Busuttil se jkun qed jitkellem dwar l-aħħar żviluppi marbuta mal-każ tal-isparatura minn naħa tax-xufier tal-Ministru Manwel Mallia.