Aġġornata : Kurt Farrugia deher dieħel fil-Ministeru minn bieb sekondarju
Maltarightnow.com jinsab infurmat li issa għadu kif daħal fil-laqgħa mal-Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit u l-Ministru Manuel Mallia, il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern Kurt Farrugia.
Minn tagħrif li għandna bħalissa il-Ministru, l-Kummissarju u Kurt Farrugia qed jiddiskutu l-każ tal-bieraħ, li fih ix-xufier ta’ Manuel Mallia spara żewġ tiri fid-direzzjoni tal-karozza ta’ Skoċċiż – wieħed laqat is-saqaf, u tir ieħor laqat l-indicator tal-karozza, waqt li l-Iskoċċiż kien għadu fil-vettura.
Dawn il-fatti li għandna f’idejna jikkonfermaw illi l-Ministeru ta’ Manwel Mallia gideb meta ħareġ l-istqarrija dwar dan l-inċident. Dan għaliex il-Ministeru lbieraħ qal li t-tiri kienu warning shots, jiġifieri tiri ta’ twissija.
F’dan l-istadju, ħafna nies qed jistaqsu, għaliex qed issir din il-laqgħa? Mela l-Kummissarju għandu bżonn il-parir tal-Ministru? Għaliex hemm preżenti Kurt Farrugia?
//= $special ?>