Maltarightnow.com jinsab infurmat li bħalissa il-Kummissarju tal-Pulizija Ray Zammit jinsab fil-Ministeru ta’ Manuel Mallia jiddiskuti il-każ tal-bieraħ, li fih ix-xufier ta’ Manuel Mallia spara żewġ tiri fid-direzzjoni tal-karozza ta’ Skoċċiż – wieħed laqat is-saqaf, u tir ieħor laqat l-indicator tal-karozza, waqt li l-Iskoċċiż kien għadu fil-vettura.
Dawn il-fatti li għandna f’idejna jikkonfermaw illi l-Ministeru ta’ Manwel Mallia gideb meta ħareġ l-istqarrija dwar dan l-inċident. Dan għaliex il-Ministeru lbieraħ qal li t-tiri kienu warning shots, jiġifieri tiri ta’ twissija.
Fl-istqarrija intqal li x-xufier “spara żewġ tiri fl-arja bħala warning“.
Issa l-fatti qed juru xort’oħra. Dan is-sit kellu l-konferma li dawn ma kienux tiri ta’ twissija. Fir-realta’, ix-xufier tal-Ministru ħareġ l-arma, immira u spara direttament lejn il-vettura tal-Iskoċċiż.
Wara dan il-gideb, dalgħodu il-Kummissarju ħass li għandu jmur għand il-Ministru Mallia u jitkellem miegħu dwar dan l-inċident.
F’dan l-istadju, ħafna nies qed jistaqsu, għaliex qed issir din il-laqgħa? Mela l-Kummissarju għandu bżonn il-parir tal-Ministru? Għaliex hemm preżenti Kurt Farrugia?
Aktar informazzjoni kif taslilna ….
//= $special ?>