Lokali

Manwel Mallia għandu jirriżenja – AD

Il-Ministru Manwel Mallia għandu jirriżenja jew iwarrab immedjatament. Fi stqarrija, id-Deputat Chairperson tal-AD Carmel Cacopardo qal li Manwel Mallia għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika għax fl-aħħar mill-aħħar hu responsabbli għal dak li jagħmlu l-membri tal-istaff tiegħu.

Filwaqt li sostniet li mhux aċċettabbli li membri fl-istaff tal-Ministru responsabbli mill-Pulizija jisparaw fuq in-nies, l-AD qalet li Prim Ministru serju kien jitlob immedjatament għar-riżenja tal-Ministru. Għaldaqstant, sostniet l-AD, jekk ma tintalabx ir-riżenja ta’ Manwel Mallia, ikun ifisser li issa hu aċċettabbli li xufiera u staff madwar Ministru jqisu ruħhom ‘il fuq mil-Liġi.