Waħda mill-miżuri ġodda li daħħal il-Gvern Laburista fil-budget ta’ din is-sena se tkompli żżid l-ispejjeż u l-burokrazija fil-qasam tal-propjeta’.
Dan hekk kif il-Gvern neħħa s-sistema’ li perit tal-gvern jevalwa l-prezz ta’ propjeta’ li d-Dipartiment tat-Taxxa jqis li ma jirriflettix il-valur vera tal-propjeta’.
Minflok, iddaħħlet sistema’ ġdida u iktar ikkumplikata! fejn min ikun se jixtri propjeta ġdida, jrid iqabbad perit hu stess biex jagħmillu valutazzjoni professjonali qabel il-valur tal-propjeta’ jkun dikjarat. Ovjament dan se jsir bi spiża għax-xejjer tal-propjeta’ li jrid iħallas għas-servizz tal-Perit tal-għażla tiegħu.
Din il-valutazzjoni imbagħad trid tintbagħat lid-Dipartiment tat-Taxxa fejn issir valutazzjoni tagħha. F’każ li jkun hemm dubju, il-Gvern se jerġa’ jmur lura għas-sistema’ oriġinali fejn iqabbad perit hu biex jagħmel il-verifika.
B’hekk dak li tħabar hu biss replika tal-proċess ta’ qabel bid-differenza li min ikun se jixtri żdiditlu spiża ġdida biex jagħmel valutazzjoni hu stess.
Filfatt malli tħabbret din il-miżura, fis-settur tal-propjeta’ qamu diversi lmenti għaliex dan il-proċess twal, ġe iktar ikkumplikat, żdiedet l-ispiża u s-sistema’ preżenti baqgħet ma tranġatx.
//= $special ?>