Ewropa Internazzjonali

Protesti vjolenti f’Londra

Eluf ta’ studenti f’Londra pprotestaw bl-aħrax dwar iż-żieda fil-miżati għat-tagħlim u l-qtugħ fil-baġit għall-edukazzjoni.

Mexxej tad-dimostrazzjoni qalu li dan kien biss ‘il-bidu ta’ mewġa ġdida ta’ azzjoni’ li twassal għall-elezzjoni ġenerali tas-sena d-dieħla fir-Renju Unit.

Id-dimostrazzjoni qed titqies bħala l-akbar protesta tal-istudenti fir-Renju Unit f’erba’ snin.