AĠĠORNATA
Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet li saret f’nofsinhar mill-Ministru Manwel Mallia wara l-każ tal-isparatura fil-Gżira, sar magħruf illi PC 533 ġie sospiż mix-xogħol li kellu miegħu bħala xufier.
Għall-ewwel ma kienx ċar jekk Sheenan ġiex sospiż anke mill-Korp. Iżda wara l-pressjoni mill-ġurnalisti, il-Pulizija ħarġet stqarrija xotta ta’ linja li fiha ntqal li “issopendiet lill-uffiċjal involut”.
Ironikament, wieħed irid ifakkar li r-responsabbilta’ tal-Korp – li tiegħu Sheenan hu membru – taqa’ direttament taħt il-Ministru Manwel Mallia.
Il-Ministru, filwaqt li ikkummenta fuq l-Iskoċċiż u l-mod li bih dan kien qed isuq, baqa’ ferm attent li ma jiżbilanċjax ruħu fil-kummenti dwar ix-xufier tiegħu għaliex “għaddeja l-inkjesta”.
Mallia iddeskriva dan il-każ bħala “wieħed spjaċevoli”. Fl-istess waqt, ikkonferma li ma kienx iċċekja l-passat tiegħu qabel dan ġie impjegat bħala xufier. Fil-fatt, Sheenan fil-passat kellu każ ta’ ksur tal-ordnijiet tal-Pulizija.
//= $special ?>