Internazzjonali

Tieqaf mill-kulleġġ biex tiġġieled lill-ISIS

Mara żgħażugħa mid-Danimarka irtirat minn kors tal-kulleġġ biex tivvjaġġa lejn Kobane, fis-Sirja, u tgħin lill-qawwiet Kurdi fil-battalja qalila kontra t-terroristi tal-grupp Stat Iżlamiku (ISIS).

Joanna Palani, ta’ dixxendenza Kurda u li għandha 20 sena, kellha determinazzjoni kbira li tissieħeb fil-gwerra kontra l-ISIS u kitbet messaġġ fuq Facebook fejn qalet li ‘weġġgħet saqajha waqt li kienet qed tieħu sehem f’attakk fuq il-fanatiċi Iżlamiċi’.

Aktar qabel hi kienet bagħtet ritratt fuq Facebook fejn tidher daħkana, hi u liebsa bi stil militari u armata b’azzarin. Taħt ir-ritratt, Palani kitbet ‘messaġġ’ lill-ISIS fejn qaltilhom li ‘l-appuntament kien għall-għada fuq il-kamp tal-battalja’.