Ambjent Lokali

Tinħass theżżiża ta’ terrimot f’Għawdex u partijiet minn Malta

Theżżiża ta’ terrimot li kejlet 3.8 fuq l-iskala Richter, ilbieraħ wara nofsinhar inħasset minn Għawdex u partijiet fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta.

Skont il-unit sismika u ta’ riċerka fi ħdan id-Dipartiment tal-Fiżika fl-Universita’ ta’ Malta, it-theżżiża seħħet fis-siegħa u sitt minuti tal-bieraħ wara nofsinhar, 93 mil ‘il barra minn Malta.

Dan kien it-tieni terrimot ħafif ‘il barra minn Malta fi ftit jiem.