AĠĠORNATA (7)
MaltaRightNow.com jikkonferma li t-tiri sparati mix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia ma kienux tiri ta’ twissija. Dan għaliex it-tiri, li kienu tlieta, laqtu l-karozza tal-Iskoċċiż – wieħed laqat is-saqaf, u tir ieħor laqat il-bumper tal-karozza, waqt li l-Iskoċċiż kien għadu fil-vettura. Jidher li t-tielet tir laqat l-indicatort.
Dawn il-fatti li għandna f’idejna jikkonfermaw illi l-Ministeru ta’ Manwel Mallia gideb meta ħareġ l-istqarrija dwar dan l-inċident. Dan għaliex il-Ministeru lbieraħ qal li t-tiri kienu warning shots, jiġifieri tiri ta’ twissija. Fl-istqarrija intqal li x-xufier “spara żewġ tiri fl-arja bħala warning“.
Paul Sheenan għamel xi żmien sospiż mill-Korp
Issa l-fatti qed juru xort’oħra. Dan is-sit kellu l-konferma li dawn ma kienux tiri ta’ twissija. Fir-realta’, ix-xufier tal-Ministru Paul Sheenan ħareġ l-arma, immira u spara direttament lejn il-vettura tal-Iskoċċiż.
Wieħed irid jinnota li din l-isparatura seħħet fiż-żona residenzjali, u mhux ħdejn il-mini. Oħrajn qed jistaqsu jekk Sheenan sejjaħx għall-għajnuna meta kien qed isuq wara l-Iskoċċiż.
L-użu tal-Forza skont il-Liġi tal-Pulizija
Kapitlu 164 tal-Liġi tal-Pulizija jistipola b’mod ċar li “l-użu tal-forza tintuża biss bħala l-aħħar rimedju”. F’Parti V ta’ dan il-Kapitlu, jintqal li l-użu tal-forza minn uffiċjal tal-Pulizija huwa awtorizzat biss meta jkun strettament neċessarju, “u meta kull rimedju ieħor ikun għalxejn”.
Ix-xufier ta’ Mallia fil-passat kellu każ il-Qorti
Fl-2000, ix-xufier ta’ Manwel Mallia kien tressaq il-Qorti fuq akkużi ta’ kliem oxxen jew indiċenti fil-pubbliku, fixkel Supretendent waqt il-qadi ta’ dmirijietu u kkommetta reat li bħala uffiċjal pubbliku kellu jara li ma jsirx. Dan ġie rappurtat mill-ġurnal The Malta Independent.
Jirriżulta ukoll li Sheenan għamel xi żmien sospiż mill-Korp tal-Pulizija.
AKTAR KMIENI
Minn stħarriġ dettaljat u dokumenti li raw b’għajnejhom il-ġurnalisti tagħna, jirriżulta li l-karozza tal-Iskoċċiż li kien involut fl-inċident max-xufier tal-Ministru Manwel Mallia, “intlaqtet miż-żewġ tiri ta’ arma tan-nar”.
Id-dokumenti jikkonfermaw li l-kuntistabbli Paul Sheenan, li huwa wieħed mix-xufiera ta’ Manwel Mallia, spara lejn l-karozza tar-raġel li allegatament daħal fuqu. Dan ir-raġel Skoċċiż ġie arrestat mill-Pulizija, u bħalissa għaddejja inkjesta.
MaltaRightNow.com jikkonferma wkoll li t-tiri laqtu l-karozza, meta r-raġel kien għadu fiha. Wieħed mit-tiri laqat is-saqaf, u ieħor laqat l-indicator.
AKTAR DETTALJI FIL-ĦIN LI ĠEJ.
//= $special ?>